Hekk kif il-klabb qiegħed jipprepara għaċ-ċaqliqa lejn is-sede l-ġdida fil-Marsa, il-kumpanija rinomata A to Z Electronics ikkonfermat sħubija mal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero għas-snin li ġejjijn.

Mingħajr ebda dubju din hija ditta li m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni mall-membri tagħna, u li toffri diversi prodotti u servizzi li, tista’ tgħid kollha kemm aħna niġu bżonn f’xi żmien jew ieħor.

Kif jindika l-isem, għand l-A to Z Electronics wieħed jista’ jsib dak kollu li għandu x’jaqsam mal-elettronika, minn tablets sa laptops, appliances, gaming consoles, logħob u oġġetti relatati mal-uffiċċju.

Inħeġġukom iżżuru s-sit www.atoz.com.mt għal aktar informazzjoni.

Jekk int ukoll tixtieq tkun parti mill-bidu ta’ avventura ġdida fi premises ferm ikbar u iktar aċċessibbli fil-Marsa, kemm jekk kapaċi manwalment kif ukoll jekk tixtieq toffri sponsorship lill-klabb, nitolbuk tagħmel kuntatt magħna fuq admin@juventusmalta.com.

Il-klabb joffri pakketti ta’ riklamar mill-iktar interessanti lil dawk li jgħinu lill-klabb.

banner1
20170303 – Crazy Deals 1200×280
Borg Garage Banner-01
Web Banner
banner for website-01