Buffon- 6.5 – Tkompli tikber l-imbattibilità tiegħu fil-lasta b’total ta’ 836 minuta, kważi 14-il siegħa. 94 minuta ’il bogħod mir-rekord ta’ Sebastiano Rossi fl-istaġun 1993-1994. Logħba tajba b’saves tajbin fuq Masiello u De Roon.

Lichtsteiner- 6 – Logħba sikura fejn attakka l-ispazji tajjeb ħafna.

Bonucci- 7 – Flimkien ma’ Barzagli, bħalissa qed jippreżenta ċertezza. Bħas-soltu eleganti bil-ballun u attent.

BARZAGLI- 7.5 – It-tieni gowl tiegħu fil-karriera Juventina bl-ewwel gowl tiegħu kien wasal kontra l-istess Atalanta fl-istaġun 2011-2012 minn penalti. Il-ħajt tad-difiża. Bla dubju wieħed mill-aħjar difensuri li hawn bħalissa. Ma żbalja l-ebda antiċipazzjoni u l-ebda ‘1 vs 1’ tul il-logħba. Logħba perfetta.

Evra- 6 – Blalen intelliġenti u krosis eċċelenti. Għen ħafna fl-aħħar fażi tal-partita.

Khedira- 6.5 – Lagħab 68 minuta. Ġirjiet minn wara d-difiża eċċellenti.

Lemina- 7 – Daħal minflok Khedira għal 25 minuta. Ġirjiet tajbin u determinazzjoni. Għamel gowl kruċjali f’mument ta’ diffikultà.

Marchisio- 6 – Rebaħ blalen tajbin però ma kellux id-90 minuta f’saqajh.

Pogba- 6 – Beda tajjeb, però wara l-karta safra li ntwera fl-ewwel taqsima kien nervuż u beda jilgħab għall-glorja personali. Meta jilgħab sempliċi, juri min hu l-vera Pogba.

Pereyra- 5.5 – Lagħab 81 minuta. Beda tajjeb, però tul il-logħba ma tantx beda jiġi utilizzat. Mhuwiex trekwartista. Fil-81 minuta daħal Alex Sandro.

Dybala- 6.5 – Lagħab 88 minuta. Beda kemxejn irtirat. Minn saqajh joħorġu invenzjonijiet intelliġenti immens. Fit-88 minuta daħal Alvaro Morata.

Mandzukic- 6.5 – Pressjoni tul il-logħba kollha. Għen ħafna difensivament. Gladjatur. Assist min-naħa tiegħu lejn Barzagli.

Allegri- 6.5 – Deċiżjoni tajba li daħħal lil Lemina minflok Khedira.