Fl-aħħar jiem Juventus ħabbru li se jroddu lura l-flus tal-biljetti tal-logħba kontra Inter. Dan wara li l-logħba ntlagħbet bla partitarji.

Il-Kumitat tal-klabb immedjatament għamel kuntatt ma’ Juventus biex jikiseb lura l-flus li kienu tħallsu, u beda l-proċess biex dawn jiġu ritornati. Il-membri tal-klabb li nqdew mingħandna għall-biljetti, li eventwalment ma setgħux jużaw, qed jiġu kkuntattjati personalment biex jieħdu flushom lura.

Ladarba l-flus ikunu ritornati lill-klabb, il-membri se jkunu kkuntattjati personalment biex personalment jiġbru l-flus mill-klabb ladarba l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu permess li dan jinfetaħ mill-ġdid.

S’issa għad ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni uffiċjali dwar il-flus li tħallsu għall-biljetti kontra Milan u Lyon. Aktarx li dan minħabba li Juventus qed jistennew  deċiżjoni uffiċjali dwar il-futur ta’ dan l-istaġun.

Il-Kumitat se jibqa’ jżomm kuntatt personali ma’ dawk li ħallsu xi flus għal logħob ta’ Juventus u se jkun qed irodd il-flus tal-biljetti lura lill-membri tiegħu ladarba jkun tittieħed deċiżjoni uffiċjali.