Kien il-Ħadd 13 ta’ Mejju tas-sena 2012 meta rajna għall-aħħar darba lil Alessandro Del Piero jilgħab l-aħħar logħba tal-kampjonat mal-Bianconeri fil-Juventus Stadium. F’Ottubru tal-2011 kienet ħarġet l-aħbar li l-aħħar logħba kontra Atalanta kienet se tkun l-aħħar waħda ta’ Del Piero fil-Juventus Stadium.

Kien xieraq li fl-aħħar logħba tiegħu quddiem il-partitarji Juventini jagħlaq b’gowl u propju dan seħħ fis-27 minuta. Del Piero avvanza tajjeb minn nofs il-grawnd fejn qassam lejn Emanuele Giaccherini, dan tal-aħħar reġa’ qassam lura u Del Piero xxuttja minn barra l-kaxxa u għeleb lill-goalkeeper t’Atalanta biex għamel l-iskor 2-0. Dan kien il-289 gowl għal Pinturicchio ma’ Juventus.

Fisl-57 minuta kien wasal il-ħin biex Del Piero jħalli l-grawnd fost ovazzjoni mill-partitarji biex postu jieħdu Simone Pepe. Kien mument emozzjonali ħafna fejn sħabu tat-tim kollha marru fuqu biex jawgurawlu u jirringrazzjawh tas-servizz imprezzabbli li ta lil Juventus. Il-partitarji xtaqu li l-idolu tagħhom jagħmel l-aħħar dawra mal-Juventus Stadium biex ikunu jistgħu jirringrazzjawh. Kien mument sabiħ ħafna meta tara l-emozzjoni fuq wiċċ kull partitarju Juventin li kienu jafu li wieħed mil-leġġendi ta’ dan il-klabb se jieqaf jilbes il-flokk abjad u iswed.

C’è solo un Capitano!

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280