Bħal-lum sena ilu d-data kienet turina l-25 t’April 2016 fejn kienet tfisser li Juventus saru matematikament rebbieħa tal-ħames kampjonat konsekuttiv.

Il-Ħadd 24 t’April Juventus kienu rebħu kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 2-1 però biex jirbħu l-kampjonat il-Bianconeri kellhom bżonn li fil-ġurnata ta’ wara Roma jegħlbu lil Napoli kif fil-fatt ġara. B’hekk Juventus kienu aċċertaw ruħhom mill-34 kampjonat fl-istorja tagħhom meta kien fadal tliet logħbiet mit-tmiem.

Il-bidu ta’ dak l-istaġun kien daqsxejn diffiċli għal Juventus saħansitra sal-aħħar t’Ottubru t-tim t’Allegri kien qiegħed jokkupa t-tnax-il post. Minn dakinhar Juventus għamlu sensiela ta’ 24 rebħa minn total ta’ 25 partita biex kien strumentali għalihom għar-rebħ tal-kampjonat.

F’dan l-istaġun Juventus jinsabu viċin biex iwettqu rekord ġdid, dak tar-rebħ tas-sitt kampjonat konsekuttiv, xi ħaġa li l-ebda tim Taljan qatt m’għamel.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280