L-akkwist il-ġdid ta’ Juventus Douglas Costa se jkun qed jilbes in-numru 11, l-istess numru li kellu mal-eks klabb tieghu Bayern München.

F’dan l-artiklu se nkun qed nagħti ħarsa lejn l-istorja marbuta ma’ dan in-numru u l-plejers Juventini li fil-passat libsuh. Fl-istaġun 1995/96 meta Juventus rebħu ċ-Champions League, it-Taljan Fabrizio Ravanelli kien il-plejer li f’dak l-istaġun kien jilbes dan in-numru fejn kien protagonista biex il-Bianconeri jitilgħu fil-quċċata fl-Ewropa.

Fiż-żewġ staġuni ta’ wara n-numru 11 beda jintlibes minn Michele Padovano li kien parti mit-tim ukoll ta’ Ravanelli li rebħu ċ-Champions League.

Mill-istaġun 1998/1999 sal-istagun 2000/01 dan in-numru ġie mogħti lil Daniel Fonseca fejn fil-perjodu ma’ Juventus kien magħruf bħala s-super sub għaliex ħafna mil-logħbiet kien ikun sostitut però kif jdtħol fil-grawnd fil-maġġaronza tagħhom kien jiskurja.

L-iktar plejer li dam jilbes in-numru 11 kien proprju Pavel Nedvěd. Mill-istaġun 2001/2002 sal-2008/09 Nedvěd dejjem libes b’unur il-flokk Juventin u dejjem baqa’ leali lejn l-arma ta’ fuq sidru anke meta saħansitra Juventus ġew relegati fis-Serie B minħabba l-iskandlu tal-Calciopoli. Fl-2003 Pavel Nedvěd kien rebaħ ukoll l-unur prestiġġjuż tal-Ballon d’Or.

Fiż-żewġ staġuni ta’ wara s-snin glorjuzi ta’ Nedvěd, kien imiss lil Amauri biex jilbes dan in-numru u sa ċertu punt ir-reputazzjoni li kellu dan in-numru li normalment jintlibes minn plejers kbar, tbaxxietlu mhux ftit għaliex is-sentejn ta’ Amauri ma’ Juventus kienu diżappuntanti ħafna.

Kien imiss lill-famuż Paolo de Ceglie li jilbes dan in-numru fejn baqa’ bih sal-istaġun 2013/14 u sfortunatament baqa’ għaddej mal-passi li ħalla Amauri.

Ir-rota reġgħet bdiet idur ftit ftit għaliex fl-istaġun 2014/2015 dan in-numru ngħata liż-żgħażugħ Franċiż Kingsley Coman fejn għal żewġ staġuni, għalkemm f’diversi logħbiet bħala sostitut, però xorta waħda stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa talenti fil-futbol Ewropew.

Finalment, fl-istaġun li ghadu kemm spiċċa dan in-numru ntlibes minn Hernanes, plejer li ftit li xejn ħalla impatt għal dan il-klabb.

Mill-istaġun li ġej 2017/18 se jkollna plejer ieħor li se jitniżżel fil-lista tal-plejers li libsu n-numru 11 u dan se jkun Douglas Costa. Żgur li se jkun hawn ħafna stennija għal dan il-plejer li mistenni jgħolli l-aspettattivi tal-partitarji għall-istagun li ġej. Nisperaw li meta xi darba forsi Costa jħalli lil dan il-klabb, nibqgħu niftakruh għall-memorji sbieħ tiegħu bħal uħud mill-plejers l-oħra li diġà libsu l-istess numru li se jilbes il-Brażiljan.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

banner1
dical-banner-1200×280