It-tim tal-Primavera ta’ Juventus fetaħ l-impenji tiegħu fil-Viareggio Cup bi draw drammatiku ta’ 2-2 kontra l-Kroati ta’ Rijeka.

Rijeka fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ Emanuel Črnko u Ivan Lepinjica.

Madankollu, it-tim ta’ Francesco Dal Canto rnexxielu jwettaq rimonta grazzi għal żewġ gowls skurjati minn Sandro Kulenović, bl-aħħar wieħed jasal proprju fl-aħħar azzjoni tal-logħba.

L-impenn li jmiss huwa iżjed tard illum meta jiltaqgħu ma’ Benevento, fit-15:00.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280