Filmat li ttella’ fil-grupp tal-klabb, Juventus Club Malta Cuore Bianconero, juri dik li x’aktarx hi l-iktar kelba Juventina li wieħed jista’ jiltaqa’ magħha.

Micha, Alaskan Malamute li għandha ħames snin, tidher tinbaħ waqt li sidtha Michelle Mercieca ddoqqilha l-innu ta’ Juventus fl-isfond.

Għalkemm hu komuni li kelb jinbaħ, fil-każ ta’ Micha jidher ċar li tgħallmet dan l-innu sew. Tant hu hekk li mill-filmat, tidher tistenna mumenti partikolari tal-mużika biex tkompli miegħu.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280