Juventus se jiftħu l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun ġdid b’logħba mill-International Champions Cup kontra Tottenham Hotspur. Il-logħba tintlagħab għada fis-13:30 fil-Bisham Stadium ta’ Singapore.

Dan se jkun id-debutt ta’ Maurizio Sarri fit-tmexxija tal-klabb. Hu mistenni jilgħab ukoll lil diversi plejers ġodda, b’Juventus li s’issa akkwistat lil Matthijs de Ligt, Cristian Romero, Luca Pellegrini, Merih Demiral, Gianluigi Buffon, Adrien Rabiot u Aaron Ramsey.

Fost oħrajn, mal-klabb irritornaw ukoll plejers Gonzalo Higuaín u Marko Pjaca. Madankollu Pjaca, flimkien mal-akkwist ieħor ġdid Aaron Ramsey, u wkoll Sami Khedira, Mattia Perin, Douglas Costa u Giorgio Chiellini, se jibqgħu f’Turin għax għandhom injuries varji.

Sadattant il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun miftuħ għal din il-logħba, u dawk kollha interessati jistgħu jattendu b’xejn, anke jekk mhux membri tal-klabb.