Il-każ ta’ tarbija bil-kurdun għadu mqabbad magħha abbandunata fuq għatba ta’ blokka ta’ appartamenti f’Buġibba xxokkja lill-pajjiż, iżda fortunatament it-tifel instab li hu f’saħħtu.

Bil-Maġistrat Joe Mifsud li nħatar biex imexxi inkjesta maġisterjali u bl-investigazzjonijiet li jkomplu, l-għażla tal-isem temporanju għal dan it-tifel waqgħet fuq Cristiano. Imma għaliex?

Il-Maġistrat Joe Mifsud hu Juventin kbir, kif ukoll membru onorarju tal-klabb tagħna. Ma jistax jonqos li, bħal kull Juventin ieħor, kien kuntent mhux ftit bil-wasla ta’ Cristiano Ronaldo mal-klabb Juventin u għalhekk jidher li l-għażla tal-isem kienet waħda ovvja.

L-awgurju tagħna hu li bħal Cristiano Ronaldo, Cristiano l-Malti wkoll jikber f’saħħtu u jikseb suċċess.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280