Il-goal li skurja Gonzalo Higuaín kontra Napoli kien ifisser li l-Pipita skurja fil-ħames loghba konsekuttiva kontra Napoli sa minn meta sar plejer tal-Bianconeri.

Wara l-partita ħafna staqsew fuq iċ-ċelebrazzjoni ta’ Higuaín wara li nqabad iħares lejn it-tribuna u l-Arġentin żvela lejn min beda jħares.

Fil-mira ta’ Higuaín kien hemm propju l-President kontroversjali ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis.

Higuaín kellu kumment żgħir x’jesprimi fuq din iċ-ċelebrazzjoni: “Iva, nikkonferma li ħarist lejn it-tribuna biex infittex lil De Laurentiis iżda ma rnexxilix narah. Forsi kien mistoħbi.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280