Ejja sa fl-aħħar…

Il-FIFA, grazzi għal Gianni Infantino, biex tagħti l-immaġini li nbidlet, approvat l-użu tal-‘video evidence’ biex jgħinu lir-referees jieħdu deċiżjonijiet f’episodji kontroversjali. Dan l-esperiment għandu jkun suċċess bħalma kien dawn l-aħħar snin il-goal line technology.

Issa daqshekk smajna biki u nagħmlu ġimgħat, jekk mhux snin, naqraw fuq xi episodju favur il-Juventus, bħall-famuż penalti fuq Ronaldo jew il-gowl ta’ Muntari eċċ, eċċ.

Is-sabiħ jiġi issa. Issa naraw kemm se jħassrulhom gowls b’azzjonijiet fallużi jew offsides millimetriċi lill-avversarji bikkejja tagħna.

Daqshekk ħbew il-favuri arbitrali l-avversarji tagħna, billi l-ġurnalisti li jħobbuhom jiddevjaw l-attenzjoni fuq il-prestazzjoni ‘meraviljuża’ li kellhom.

Id-domanda hi, imma jekk se jinqatgħu l-episodji kontroversjali, se jibqà jkun hemm programmi sħaħ kontra l-Juventus?

Tgħid din il-mossa hija l-bidu tal-mewt tal-ġurnali anti-Juventini?

Ħbieb, tinkwetawx, pass bħal dan huwa tajjeb għalina għax aħna “vinciamo sul campo”….