It-tim tal-Primavera ma jistax jieħu r-ruħ f’dan il-perjodu hekk kif safa megħlub għat-tielet darba konsekuttiva ġewwa daru wara li t-tim ta’ Sporting ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 4-1 fit-tielet partita mill-gruppi tal-UEFA Youth League.

Il-Portugiżi għamlu ċert mir-rebħa fl-ewwel taqsima meta skurjaw erba’ gowls permezz ta’ Rafael Leao, Miguel Luis minn penalty u Jovane Cabral.

It-tim Juventin sab ix-xibka permezz ta’ Riccardo Capellini.

Juventus issa jmisshom kontra l-istess avversarji ġewwa l-Portugall, fejn rebħa biss tista’ żżomm it-tamiet għall-kwalifikazzjoni ħajjin.

Sadanittant, fil-kampjonat, Juventus mhux sejrin tajjeb lanqas hekk kif mil-logħba kontra l-Olympiakos sa’ tmiem il-ġimgħa qabel din il-partita, ġew draw mat-tim ta’ Chievo bl-iskor ta’ 1-1 u tilfu 2-1 fid-derby ta’ Turin kontra Torino.

It-tim tal-Primavera bħalissa qiegħed jiġi kkritikat, inkluż anke minn ġurnalisti li huma midħla tad-dinja Juventina sew bħal Romeo Agresti (Goal.com) fejn dan tal-aħħar saħaq li dan huwa wieħed mill-agħar timijiet fl-aħħar deċennju.

Sors: Goal

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280