Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar l-ewwel attività mindu l-Juventus Club Malta Cuore Bianconero ngħata permess mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jibda jopera mill-ġdid.

L-attività se ssir nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju bil-Juventini Maltin, kemm membri tal-klabb jew le, u l-qraba tagħhom mistiedna għal BBQ qabel il-logħba kontra Sassuolo. L-attività tibda fis-19:30.

Għal prezz massimu ta’ €15, dawk li jattendu jistgħu jgawdu starter, mixed grill u deżertà. Tfal bejn l-4 u s-7 snin iħallsu biss €5 waqt li tfal sa tliet snin jistgħu jattendu mingħajr ħlas. Dawk li mhux membri u jattendu għal din l-attivitàjistgħu jibqgħu jsegwu l-logħba mingħajr ħlas addizzjonali.

Minħabba r-regoli tad-distanza soċjali, il-postijiet huma limitati u għalhekk dawk interessati huma mitluba jibbukkjaw ma’ wieħed mill-membri tal-Kumitat inkella billi jċemplu 7981 1133.