Ir-referee Pierluigi Pairetto, li s-Sibt filgħaxija kkontrolla l-logħba bejn Inter u Cagliari, ikkonsulta t-teknoloġija iżda ddeċieda li ma kien hemm l-ebda fawl fuq il-goalkeeper ta’ Cagliari.

Il-filmati juru biċ-ċar kif Perisic, meta kien qed jogħla għal kross ta’ Candreva, straħ b’minkbu fuq wiċċ il-goalkeeper Rafael bil-konsegwenza li dan tal-aħħar ma setax jilħaq il-ballun.

Bil-logħob li tħalla għaddej, il-ballun wasal f’sieq Icardi, li kompla għal ġewwa mingħajr problemi għat-3-1 finali favur Inter. Pairetto kkonsulta l-VAR, b’replay imkabbar u ffukat speċifikament fuq dan il-kuntatt iżda eskluda li kien hemm fawl u kkonferma l-gowl.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280