It-talent ta’ Juventus, Moise Kean, kellu prestazzjoni mill-aqwa fil-logħba bejn Juventus u Ajax, mill-UEFA Youth League.

Juventus ġew eliminati mill-kompetizzjoni bi skor ta’ 2-0, iżda Kean impressjona u kien l-aqwa fost sħabu.

Kien hemm mumenti fejn saħansitra deher jinċita lil sħabu, jitlob tqassim tal-ballun b’iżjed preċiżjoni, reattività u kuraġġ. Fl-istess waqt li qala’ applaws wara l-ieħor għal-logħob tiegħu, l-iskwadra dehret qed issegwih ukoll.

Minkejja dan, Kean ma kibritlux rasu u deher jistinka għall-kumplament tal-iskwadra, jaqbeż il-plejers u jfittex l-ispazju. Sfortunatament il-gowl ma wasalx, anke jekk f’mument ra l-goalkeeper avversarju jdawwar il-ballun mal-lasta.

Isegwi l-logħba kien hemm d-diriġent ta’ Juventus, Pavel Nedved.

Sors: Gianluca Di Marzio

dical-banner-1200×280