It-tim tal-Primavera ta’ Juventus safa megħlub bl-iskor ta’ 2-0 ġewwa l-Portugall kontra Sporting CP, biex issa jinsab pass ’il bogħod milli jinqala’ mil-fażi tal-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni.

Filwaqt li r-riżultat jerġa’ jikkundanna lil Juventus, il-Bianconeri kienu perikolużi matul il-logħba iżda naqsu milli japprofittaw sabiex marru lura Turin mingħajr ebda punt f’idejhom.

Għall-Portugiżi sabu x-xibka Rafael Leao eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima u Diogo Bras għalaq il-partita proprju fl-aħħar azzjoni fid-90 minuta.

Juventus issa jmisshom kontra l-Ispanjoli ta’ Barcelona ġewwa Vinovo, fejn rebħa jaf ma tkunx biżżejjed lanqas.

Sadanittant, fil-kampjonat, Juventus irreġistraw rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Napoli qabel ma tilfu 3-1 kontra Lazio ġewwa darhom.

Juventus imisshom kontra Fiorentina, nhar is-Sibt li ġej fis-13:00.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280