Il-midfielder mir-Repubblika Ċeka, Nicolas Penner, mistenni jsir uffiċjalment plejer ġdid ta’ Juventus wara li ġie segwit spiss minn Pavel Nedved.

Penner għandu 16-il sena u għadda xahar bi prova f’Turin biex b’hekk jidher li Juventus għelbu lil Borussia Dortmund u Bayer Leverkusen li wkoll kienu interessati.

Mhux eskluż li Penner saħansitra jingħata ċans biex jilgħab mal-Primavera, qalb żgħażagħ ikbar minnu, bħalma ġara fil-każ ta’ Kean u Caligara.

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280