It-tim ta’ Juventus kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fit-turnew ta’ Viareggio wara li għeleb lil Benevento bl-iskor ta’ 2-1.

Għal darb’oħra, il-Bianconeri kellhom jistennew sal-aħħar mumenti tal-partita sabiex jiksbu xi ħaġa minnha hekk kif Giuseppe Montaperto skurja l-gowl tar-rebħa tliet minuti fuq il-ħin regolari.

Sadanittant, Juventus kienu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Sandro Kulenović qabel ma’ Benevento ġabu d-draw minn penalty. Kulenović kien qed jiskurja t-tielet gowl tiegħu f’żewġ logħbiet fil-Viareggio.

Juventus imisshom mal-Amerikani ta’ Euro New York, nhar il-Ħadd li ġej fil-11:00 ta’ filgħodu.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280