It-tim tal-Primavera ta’ Juventus ħareġ tellief bl-iskor ta’ 1-0 kontra Barcelona fl-ewwel partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Youth League, li ntlagħbet ġewwa Katalonja.

Fl-istess grupp magħhom, Juventus għandhom lil Olympiakos u Sporting Lisbon, bil-logħba li jmiss tkun kontra l-Griegi ġewwa Turin.

Immexxija mill-kowċ il-ġdid Alessandro Dal Canto, Juventus bdew b’formazzjoni ta’ 4-3-1-2 komposta mill-goalkeeper Mattia Del Favero, Cendrim Kameraj, Alessandro Vogliacco, Gianmaria Zanandrea, Alessandro Tripardelli, Hans Nicolussi Caviglia (75 Manolo Portanova), Oumar Toure, Alessandro Di Pardo, Nicolò Fagioli, Ricardo Campos (59 Sandro Kulenovic) u Marco Olivieri.

Il-gowl ġie skurjat minn Carles Perez sitt minuti mit-tmiem li ftit ta ċans lil Juventus biex jirkurpraw ir-riżultat.

Ta’ min isemmi li lejn l-aħħar tal-partita tkeċċa Sandro Kulenovic, attakkant Kroat ta’ Juventus.

Sadanittant, fl-ewwel partita tal-kampjonat li ntlagħbet il-Ġimgħa li għadda, Juventus bdew bi draw ta’ 0-0 kontra Bologna.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com