Is-similaritajiet bejn Juventus u Juve Stabia ma jieqfux biss sal-isem. Dan hekk kif iż-żewġ klabbs huma l-uniċi bla telfa fil-kampjonati Taljani.

Juventus fil-fatt jinsabu fl-ewwel post tas-Serie A, bi 17-il rebħa u żewġ draws għal total ta’ 53 punt minn 19-il logħba. Għal Juventus skurjaw 11-il plejer differenti waqt li Cristiano Ronaldo hu l-aqwa skorer tal-kampjonat b’14-il gowl.

Fis-Serie C, hemm Juve Stabia li qed jagħmlu xi ħaġa simili. L-iskwadra ta’ Fabio Caserta sejra pjuttost aħjar, b’iktar gowls skurjati u inqas kontra. Fil-fatt Juve Stabia skurjaw 42 gowl u 9 biss kontra fi 19-il logħba, li minnhom rebħu 14 u rreġistraw ħames draws. Dan ifisser li għall-ewwel darba f’disa’ snin, Juve Stabia jinsabu fil-quċċata tal-kampjonat.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280