It-tim tan-nisa ta’ Juventus kisbu rebħa ta’ 5-0 fuq it-tim ta’ Orobica fis-Serie A femminili.

Il-Bianconeri marru fil-vantaġġ wara 19-il minuta grazzi għal Valentina Cernoia.

Ħames minuti wara rduppjat Petronella Ekroth, biex skurjat l-ewwel gowl tagħha għal dan l-istaġun.

Mas-siegħa logħob, Barbara Bonansea għamlithom 3-0 qabel ma Sofia Pedersen skurjat ir-raba’ gowl fit-tieni logħba tagħha ma’ Juventus Women.

Eni Aluko għalqet il-logħba bil-ħames gowl.

Juventus jibqgħu l-ewwel b’37 punt, sitta fuq Fiorentina iżda b’logħba iżjed.

Il-partita li jmiss hija nhar l-Erbgħa, fis-13:00 kontra Tavagnacco fil-Coppa Italia.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280