It-tim tan-nisa ta’ Juventus kisbu rebħa ta’ 4-0 fl-ewwel leg tal-kwartifinali tal-Coppa Italia kontra Tavagnacco, barra minn darhom.

Grazzi għal dan ir-riżultat, it-tim immexxi minn Rita Guarino jinsab pass ‘il bogħod minn post fl-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni.

Il-gowls ta’ Juventus ġew skurjati minn Eni Aluko, li rreġistrat doppjetta, Asia Bragonzi li skurjat l-ewwel gowl tagħha mal-Bianconeri u Cristiana Girelli.

It-tieni leg ta’ din il-partita huwa skedat għall-20 ta’ Frar.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280