Juventus Women kompla jżid il-kwalità fit-tim tiegħu wara li akkwista l-plejer Daniża Sofie Junge Pedersen.

Pedersen, li twieldet fl-1992, kienet ma’ Levante fl-ogħla diviżjoni Spanjola matul l-istaġun li għadda.

Il-midfielder mid-Danimarka għandha CV importanti, hekk kif rebħet il-kampjonat Daniż fl-2014 ma’ Fortuna Hjørring filwaqt li s-sena ta’ wara marret ma’ FC Rosengård fl-Iżvezja, fejn rebħet it-tazza domestika u s-Super Cup.

Pedersen hija anke pedina tat-tim nazzjonali fejn mad-Danimarka lagħbet anke l-finali tal-kampjonati Ewropej fl-2017 kontra l-Olanda.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280