It-tim tan-nisa ta’ Juventus reġa’ tela’ fl-ewwel post tal-klassifika wara li għeleb lil Milan f’konfront dirett li ntlagħab ġewwa Vercelli.

Kienet doppjetta ta’ Barbara Bonansea li rregalat it-tliet punti lit-tim immexxi minn Rita Guarino.

Il-Bianconeri issa qegħdin l-ewwel b’44 punt, segwiti minn Fiorentina b’43 filwaqt li l-Milan jinsabu t-tielet b’39 punt.

Nhar l-Erbgħa, Juventus jilqgħu lil Tavagnacco għat-tieni leg tal-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia, fejn Juventus rebħu l-ewwel logħba bl-iskor ta’ 4-0.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280