It-tim tal-Primavera ta’ Juventus tan-nisa se jkun l-uniku rappreżentant tal-Bianconeri fit-tournament ta’ Viareggio, li se jsir bejn it-18 u s-26 ta’ Marzu.

Taħt it-tmexxija tal-kowċ Spugna, Juventus Women Primavera se jkunu fost it-tmien timijiet li se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-tournament femminili – fil-kampjonat, sa issa rebħu l-10 logħbiet li kienu involuti fihom.

Il-Primavera tas-subien mhux se jipparteċipaw f’dan it-tournament storiku minħabba l-impenji tal-UEFA Youth League, Juventus U-23 u n-numru kbir ta’ plejers li se jkunu impenjati man-nazzjonali tagħhom matul ix-xahar ta’ Marzu.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280