Minkejja li t-tim ta’ Juventus Primavera tal-irġiel ma pparteċipax fl-edizzjoni tal-2019 tat-turnew ta’ Viareggio, isem Juventus xorta waħda kien rappreżentat b’suċċess hekk kif it-tim tan-nisa tal-Primavera sar l-ewwel rebbieħ fil-verżjoni femminili ta’ dan it-turnament prestiġġjuz.

Fil-finali, Juventus għelbu lil Sassuolo bl-skor ta’ 4-0 b’żewġ gowls f’kull taqsima.

Fl-ewwel taqsima, Juve marru minn fuq grazzi għal Bragonzi u Brscic filwaqt li fit-tieni 45 minuta, Gianesin għamlitom 3-0 qabel ma’ Bragonzi żiedet ir-raba gowl u t-tieni wieħed personali.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280