Il-gowl tad-difensur Mattia De Sciglio fil-logħba kontra Crotone ħalla lil ħafna sorpriżi għat-teknika u saħħa li bihom għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Analiżi tal-gowl turi li l-ballun ivvjaġġa b’saħħa ta’ 103 kilometru fis-siegħa.

Dan kien l-ewwel gowl fuq livell ta’ klabb għad-difensur eks Milan. Fil-ftit minuti li lagħab matul dan l-istaġun, hu ta wkoll assist.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280