Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Juventus Club Cuore Bianconero ġie ffurmat il-kumitat ġdid, li se jkun magħmul kif ġej:

President – Joseph F Borg
Viċi President – James Mizzi
Segretarju Ġenerali – Jean Borg
Teżorier – Max Zammit
Segretarju Internazzjonali – Omar Busuttil
Amministratur tal-Klabb – Marlon Hili
Direttur tal-Klabb – Eman Vella
Uffiċjal tal-Komunikazzjoni – Matthew Mamo
Direttur Artistiku – Gabriel Rosario Zammit
Uffiċjal għall-Attivitajiet Soċjali – Aris John Fenech
Assistent Segretarju Ġenerali – Peter Paul Cassar
Assistent Teżorier – David Baldacchino
Assistent Amministratur tal-Klabb – Roderick Sammut
Assistent Direttur – Mark Zahra

Intant, wara li għalaq iż-żmien ta’ tender, il-bar għadda f’idejn it-tmexxija ta’ Keith Vella waqt li ttieħdet id-deċiżjoni li l-J Shop Cuore Bianconero jinżamm mill-klabb b’mod konġunt bejn il-Kumitat.

Ittieħdet id-deċiżjoni wkoll li bħala sinjal ta’ rikonoxximent u apprezzament lill-membri, sa Novembru li ġej it-tesserament tad-DOC, li hi sħubija diretta mal-Juventus, se jkun jiswa’ €18 minflok €20 għal dawk li jinkitbu mal-klabb.

Peress li Juventus qed iżommu €20 għal din is-sħubija, il-klabb se jkun qed joħroġ hu d-differenza.