Hemm tama li fl-aħħar il-Primavera ta’ Juventus ħarġet mill-mina sewda tal-bidu tal-kampjonat hekk kif bir-rebħa fuq Sassuolo, iż-żgħażagħ ta’ Juventus għaqqdu tliet rebħiet infila.

Għat-tieni logħba konsekuttiva, Marko Pjaca lagħab mal-Primavera hekk kif qed ikompli jirkupra wara injury fit-tul. U għat-tieni logħba konsekuttiva Pjaca jkompli jagħti sinjali tal-kwalità tiegħu.

Wara l-gowl minn freekick dirett li ta rebħa ta’ 1-0 lil Juventus fuq Milan, fir-rebħa kontra Sassuolo bi skor ta’ 3-2, Pjaca ta żewġ assists.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280