Id-difensur ġdid ta’ Juventus, it-Tork Merih Demiral, se jkun mal-iskwadra ta’ Juventus li nhar il-Ħadd li ġej (13:30) taffronta lil Tottenham Hotspur.

Minkejja dan, rapporti fl-Italja jindikaw li l-plejer se jirritorna lura lejn l-Italja u mhux magħruf meta jkun jista’ jingħaqad mal-iskwadra mill-ġdid biex ikompli l-esperjenza fl-International Champions League.

Jidher li l-kwistjoni ewlenija hi relatata mal-visa tal-plejer, bi proċessi burokratiċi li jridu jiġu solvuti. Jidher li l-kwistjoni hi wkoll waħda politika minħabba tensjoni tal-aħħar xhur bejn iċ-Ċina u t-Turkija.

Sors: TuttoMercatoWeb

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280