minn Gordon Pace

Staqsejna lil dawk kollha membri fil-grupp tal-klabb fuq Facebook dwar min jaħsbu li huwa l-aqwa tim fis-Serie A f’dan il-mument.

Mill-opinjoni ta’ madwar 200 persuna li wieġbu, jidher ċar li Juventus u Napoli huma ż-żewġ timijiet meqjusa bħala l-aħjar, għallinqas f’dan il-mument.

Kien hemm ukoll diversi kummenti interessanti minn numru ta’ membri.

Mark Brincat qal li “bħala tim, inkluż ir-reserves, m’hemmx dubju li l-Juve,” filwaqt li Marco Vella nnota li “Napoli diġà affrontaw iktar logħob diffiċli minn Juventus.”

Dan huwa screenshot ta’ wħud mill-kummenti.

Inħeġġuk tkun parti mid-diversi diskussjonijiet li jsiru f’dan il-grupp fuq bażi regolari. Il-grupp illum għandu ‘l fuq minn 8,600 membru u tista’ ssibu bl-isem ta’ Juventus Club Cuore Bianconero Malta.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280