Għadditilkom il-qatgħa tal-bieraħ?

Jew għadkom qegħdin tixxemmxu biex tneħħu s-suffejra?

L-Inter, ħeħeħe, l-Inter nistħajjilhom Mose’.

Mose’ wara li kien illuminat minn Alla, irnexxielu jeħles lill-poplu tiegħu mit-tirannija, irnexxielu jtihom il-manna fid-deżert, irnexxielu jofroq ix-xmara biex jilħaq jgħaddi l-poplu tiegħu u mbagħad x’ġara?

Wara li qagħad iwiegħed lill-poplu tiegħu l-Art Imwiegħda, ma rnexxilux jidħol fiha għax miet qabel.

Il-moral tal-istorja? Imbilli l-Interisti sħabkom fuq Facebook qagħdu jifirħu li tawna 3 fis-semifinali tal-Coppa Italia, AĦNA se nkunu ġo Ruma.

Ħarsu lejn il-lat pożittiv. Kemm hu sabiħ tkun sapporter Juventin. Nilagħbu l-agħar logħba f’dawn l-aħħar 5 snin, ngħaddu għall-finali tal-Coppa Italia u kulħadd jipprova jgħatti l-mertu tal-logħba tal-ewwel leg.