Smajtuha l-aħħar ċajta ta’ Mancini lbieraħ, meta intervistawh tad-Domenica Sportiva wara l-logħba?

Qed issaqsuni, mela mar għal intervista?

Uffaaa. Iva mar għal intervista għax il-ħanqa għaddietlu, u tinsewx li l-Inter rebħu.

Ħa niġu għall-punt. Meta saqsewh jekk jaqbilx mad-deċiżjoni tal-FIFA li tingħata l-għajnuna lir-referis, qalilhom li hu tal-parir li r-referi jista’ jiżbalja, bħalma jistgħu jiżbaljaw il-plejers u l-kowċis.

Jien bqajt imbellah. Ma kontx naf jekk naqbadx nidħaq jew nibki. Dan kif?

Kif jista’ jkun? L-iżjed kowċ li jibki mar-referis, jitkeċċa minħabba protesti mar-raba’ uffiċjal u jidderieġi l-iżjed tim bikkej fl-Italja qed jgħid hekk?

U żguuurrr li ma jaqbilx. Għax issa ħa jispiċċawlu l-iskużi li jwaħħal fir-referi meta jitlef it-tim tiegħu. Daqshekk favuri tar-referis.

Imma tinkwetaw xejn. Xorta għad għandu arma sigrieta. Jista’ jinħanaq waqt il-logħba, jibqa’ maqful fid-dressing room u ma jersaqx lejn il-ġurnalisti.

Ehhhh, u bilħaqq, tinsewx li għada, it-8 ta’ Marzu, Jum in-Nisa.