Stimi li saru fl-aħħar sigħat jindikaw li l-akkwist ta’ Cristiano Ronaldo minn Juventus isarraf fi dħul ta’ €100 miljun iktar mis-snin finanzjarji preċedenti.

Dan ifisser tkabbir ekonomiku ta’ 30% iktar irreġistrat minn Juventus mil-lat kummerċjali biss. Dan minbarra li miegħu, Ronaldo jġorr ukoll magna ta’ kumpaniji li lilu personali jwassluh għal dħul ta’ madwar €240 miljun fis-sena.

Minbarra l-qligħ diretti minn bejgħ ta’ affarijiet relatati ma’ Ronaldo, mhux eskluż li Juventus jitolbu li jinnegozjaw mill-ġdid il-kuntratti ma’ Jeep u Adidas kif ukoll jippruvaw jattiraw sponsors ġodda.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280