San Siro magħruf ukoll bħala ‘La Scala del Calcio’, avolja bħalissa l-mużicisti qed jiltaqgħu fil-weekend biss.

San Siro, grawnd majestuż li jesà 80,000 ruħ.

Illum ħa tintlagħab Inter vs Juventus, it-tieni leg tas-semi-finali tal-Coppa Italja. Dan il-konfront magħruf bħala d-derby d’Italia.

Imma ngħid jien, wara t-tlieta u tidwira li qalgħu fl-ewwel leg fil-Juventus Stadium, u t-tnejn tal-Ħadd li għadda, trid tkun Interist b’qalbek qawwija biex tazzarda tersaq lejn San Siro. Vera li s-sapporters tal-Inter imdorrijin joħolmu, imma l-ħolm tagħhom normalment ikun bejn Ġunju u Awwissu, mhux f’Marzu!

Għalxejn ippruvaw ibaxxu l-prezzijiet tal-entratura għal €5, ftit approfitraw minn dan is-‘sale’.

Minn naħa taghhom Juventus, biex iżidu l-interess f’din il-logħba u jgħinu lill-Inter idaħħlu ftit flus (ħalli jnaqqsu mid-dejn ta’ €417 miljun), se jibgħatu għażla ta’ plejers mill-Juventus Soccer School.

Addio, Neto, Zaza, Lemina, Padoin etċ etċ. Illum kunjomijiet li qatt ma smajtu se taraw, ħbieb!

Taqtgħux qalbkom. Jaf ikun hemm il-Marchisio jew Del Piero li jmiss fosthom.