Tintemm f’telfa oħra l-aħħar partita ta’ Juventus fil-kompetizzjoni tal-UEFA Youth League hekk kif ġewwa Ateni, il-Bianconeri tilfu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Olympiacos.

Għall-Griegi sabu x-xibka Marios Vrousai u Georgios Xenitidis bil-gowls jaslu wieħed f’kull taqsima.

Sadanittant, fix-xena domestika, Juventus rebħu ma’ Sassuolo u ġew draw ma’ Inter fil-kampjonat, f’partiti fejn rajna r-ritorn ta’ Marko Pjaca qabel jerġa’ jingħaqad mal-ewwel skwadra.

Mentri fil-Coppa Italia, Juventus inqalgħu wara l-għoti tal-penalties ma’ Torino.

It-tim ta’ Alessandro Dal Canto jerġa’ jkun fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej hekk kif jiltaqgħu kontra Verona.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280