Waslet ġurnata oħra taċ-Champions League fejn futbol sabiħ ma jiddiżappuntax u bħas-soltu mistenni naraw partiti kbar bħal dik tat-tim Ġermaniż, Borussia Dortmund li f′darhom jilqgħu liċ-Champions Ewropej,Real Madrid. Dortmund bdew l-ewwel ġurnata b′riżultat pożittiv fejn għelbu lit-tim ta’ Legia Darmstatd bl-iskor ta′ 6-0. Real Madrid bdew b′rebħa mhux daqstant ħafifa fejn rebħu lit-tim ta’ Sporting CP fl-aħħar ftit minuti b′gowls ta’ Ronaldo u Morata. Dawn iż-żewg timijiet lagħbu l-aħħar fiċ-Champions League 2013/14 fil-kwarti finali fejn ir-Real għaddew b’aggregate ta′ 2-3. Dik is-sena Real Madrid rebħu din il-kompetizzjoni kontra Atletico Madrid. Atletico Madrid jilqgħu f′darhom lit-tim Ġermaniż ta’ Bayern Munich, li bdew tajjeb fejn rebħu kontra Rostov bl-iskor ta′ 5-0. L-aħħar darba li ltaqgħu kontra xulxin dawn it-timijiet kien is-sena li għaddiet fl-istess kompetizzjoni, fis-semifinali, fejn Atletico Madrid għaddew għall-finali bil-gowls ta′ barra minn darhom. Atletico tilfu l-finali kontra Real Madrid bil-penaltis. L-iskor finali jkun 5-3.

Għall-ewwel darba t-tim ta′ Rostov jilqgħu f′darhom lit-tim Olandiż ta′ PSV Eindhoven. Dawn iż-żewġ timijiet bdew din il-kompetizzjoni b′telf. Logħba minn grupp F hija dik bejn Sporting CP u Legia Darmstadt li wkoll bdew b′telfa. L-aħħar darba li ltaqgħu kontra xulxin kien fl-Europa League 2011/12 fir-rawnd tas-sittax fejn Sporting CP għaddew b’aggregate ta′ 3-2. Żewġ timijiet oħra li ltaqgħu kontra xulxin fl-Europa League 2011/12 huma Besiktas u Dynamo Kyiv. Dawn iż-żewġ timijiet lagħbu kontra xulxin fil-fażi tal-gruppi li t-tnejn rebħu f′darhom bl-iskor ta′ 1-0. Dis-sena Besiktas bdew il-kompetizzjoni bi draw ta′ 1-1 kontra Benfica filwaqt li Kyiv tilfu bl-iskor ta′ 1-2 kontra Napoli.

Napoli ġewwa l-Italja jilqgħu lit-tim ta′ Benfica. L-aħħar darba li dawn it-timijiet iltaqgħu kontra xulxin kien fil-UEFA Cup 2008/09 fl-ewwel rawnd. Napoli rebħu ġewwa darhom bl-iskor ta′ 3-2. Dinamo Zagreb ġewwa darhom jilqgħu liċ-Champions Taljani, Juventus li bdew din il-kompetizzjoni bi draw ta′ 0-0 kontra Sevilla. Dinamo Zagreb bdew b′telfa kontra Lyon. Iż-żewġ timijiet iltaqgħu l-aħħar lura fl-1967 fil-Coppa Delle Fiere fejn Dinamo Zagreb rebħu fiż-żewġ legs. Logħba oħra minn grupp H hija dik ta′ Sevilla u Lyon li ħa jkunu qed jilagħbu kontra xulxin għall-ewwel darba ġewwa Spanja.

It-tim Franċiż ta′ Monaco, li beda b′rebħa ta′ 2-1 kontra Tottenham, jilqa’ ġewwa daru lit-tim Ġermaniż ta′ Leverkusen li beda bi draw ta′ 2-2 kontra CSKA Moskva. L-aħħar li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kien fiċ-Champions League 2014/15 fil-fażi tal-gruppi, fejn Monaco rebħu ġewwa u barra minn darhom bl-iskor ta′ 1-0. It-tim ta′ Kobenhavn jilqa’ f′daru lil Club Brugge li beda din il-kompetizzjoni b′telfa kontra t-tim Ingliż ta′ Leicester bl-iskor ta′ 0-3. L-aħħar li dawn iż-żewġ timijet iltaqgħu kien ukoll fl-istaġun 2014/15 fl-Europa League, fejn il-fażi tal-gruppi Kobenhavn rebħu lil Club Brugge b′hat-trick ta′ Refaelov u gowl ta′ Vormar.

Logħba minn grupp G hi dik ta′ Leicester li għall-ewwel darba jilqgħu f′darhom lit-tim ta′ Porto. Porto bdew din il-kompetizzjoni bi draw ta′ 1-1 kontra Kobenhavn. CSKA Moskva għall-ewwel darba wkoll jilqgħu f′darhom lit-tim Ingliż ta′ Tottenham. Żewġ logħbiet minn grupp A bejn żewġ timijiet li wkoll qatt ma lagħbu kontra xulxin. Ludogorets li bdew din il-kompetizzjoni bi draw ta′ 1-1 kontra Basel,jilqgħu f′darhom lit-tim Franċiż ta′ PSG. It-tim Ingliż ta′ Arsenal ukoll beda bi draw ta′ 1-1 kontra PSG. Arsenal jilqgħu f′darhom lil Basel. Monchengladbach, li bdew ħażin b′telfa kontra t-tim ta′ Manchester City 0-4, jilqgħa f′darhom għall-ewwel darba lil Barcelona. Barcelona kellhom bidu tajjeb b′rebħa ta′ 7-0 kontra Celtic. Celtic, għall-ewwel darba wkoll, jilqgħu lill-Ingliżi,ta’ Manchester City.

Miktub minn: Catherine Micallef

14344740_1794885207390455_6387976214063358032_n

dical-banner-1200×280