Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem tħabbret l-aħbar li David Trezeguet mhuwiex se jibqa’ fi ħdan Juventus, il-gazzetta La Gazzetta dello Sport għamlitlu intervista dwar il-karriera, il-futur tiegħu u anki l-operat ta’ Juventus f’dawn l-aħħar snin.

Wara sittax-il sena ma’ Juventus, għaxra ta’ plejer u sitta oħra fl-amministrazzjoni, Trezeguet ħalla lil dan il-klabb bit-tama li jibda karriera ġdida. Karriera f’pożizzjoni viċin il-President li tgħaqqad l-amministrazzjoni mal-plejers tat-tim, simili ħafna għal dik okkupata minn Bettega fi żmienu.

Trezeguet tkellem ukoll dwar il-klabb ta’ Juventus fejn qal li l-ikbar investiment bla dubju kien Cristiano Ronaldo għaliex ħadd ma kien jobsor trasferiment ta’ dan it-tip minn klabb li dejjem joqgħod attent għall-finanzi tiegħu; plejer li skurja aktar minn 100 gowl mal-istess klabb. Qal ukoll li għalkemm Allegri huwa kowċ tajjeb ħafna, kien jippreferi jara kowċ barrani fit-tmexxija sabiex iġib mentalita’ differenti u ma jibqax jiġi użat l-istil tattiku Taljan, li llum m’għadux moda. Il-kowċ għandu wkoll jamministra t-trasferimenti, kif isir f’pajjiżi oħra. Jidher li din id-darba Allegri se jkollu ftit aktar aċċess għal dan flimkien ma’ Cherubini li huwa d-Direttur Sportiv il-ġdid. Sostna wkoll li Del Piero huwa personaġġ importanti għal Juventus u postu huwa fi ħdan l-amministrazzjoni tal-klabb.

David Trezeguet, li kien qrib ħafna li jilbes il-flokk ta’ Roma qabel ma ingħaqad mal-Bianconeri, stqarr li jixtieq li jara lilu nnifsu President ta’ klabb importanti fil-futur qarib. Tarawh bħala President ta’ Juventus?

Ħallu l-kummenti tagħkom hawn taħt.

Trezegol speaks about his future

As soon as the news emerged that David Trezeguet is not going to remain within Juventus, the journal La Gazzetta dello Sport organised an interview discussing his career, future and Juventus administration in the last years.

After sixteen years with Juventus, ten as a player and six in the administration, Trezeguet left this club hoping to start a new career. Career in a position close to the President linking the administration with the players, as the position occupied by Bettega in his times.

Trezeguet spoke as well about Juventus where he said that undoubtedly the biggest investment was Cristiano Ronaldo because no one would have considered a transfer of this sort from a club keen on its finances; a player that scored more than 100 goals within the same club. He said also that although Allegri is a great coach, he would have preferred to see a foreign coach in the reigns to bring a change in the Italian mentality with a style which is outdated. The coach has to take care of the transfer market, as it happens in other countries. It seems that this time Allegri will be handling these operations together with the newly appointed Director Cherubini. Moreover, Trezeguet said that a leading figure like Del Piero has to find his way within the administration of the club.

David Trezeguet, who was close to wear Roma’s gear before he joing the Bianconeri, said that he wants to see himself vesting the role of a Preseident within an important club in his near future. Would you see him as Juventus’ President?

Leave your comments below.