Juventus akkwistaw lid-difensur ċentrali Matteo Anzolin mingħand Vicenza.

Kien biss fl-aħħar sigħat li l-plejer ta’ 17-il sena ssejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Taljan fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena. Fil-passat lagħab ukoll għall-U16 u U17.

Meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promittenti fl-Italja, għalissa Anzolin se jifforma parti mill-Primavera. Hu jingħaqad ma’ Juventus b’self, bil-klabb li għandu dritt li jakkwista lill-plejer għalkollox.

Sors: Vicenza Calcio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280