It-tim nazzjonali tan-nisa ta’ Malta se jkun qiegħed jaffaċċja lill-Italja fil-fażi tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni għal kampjonati Ewropej li se jsiru fl-2021, fl-Ingilterra.

Malta u l-Italja ġew mpoġġija fi Grupp B flimkien mad-Danimarka, finalisti tal-aħħar edizzjoni, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżrael u l-Georgia.

Okkażjoni interessanti għad-dilettanti Juventini biex jassistu mill-viċin ħafna mill-plejers li jinsabu ma’ Juventus Women fosthom il-gowlkeeper Laura Giuliani, il-captain Sara Gama, Martina Rosucci li tilgħab fin-nofs u Barbara Bonansea li tilgħab fl-attakk.

Il-logħba f’pajjiżna ssir nhar l-4 t’Ottubru li ġej.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280