Għal darb’oħra uffiċjali ta’ FC Bayern München reġgħu ħassew il-bżonn li jitkellmu dwar Juventus. Din id-darba kien imiss lill-President Uli Hoeneß li f’intervista qal li Juventus akkwistaw plejer li kiber fl-età u li ma jiswiex prezzu meta ffirmaw lil Cristiano Ronaldo.

“Qed nitkellmu fuq plejer ta’ 33 sena li sewa €100 miljun. Kont nidħol għal trattattiva simili mill-ewwel li kieku kellu 24 sena,” stqarr Uli Hoeneß.

Sors: Bild

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280