Wanda Nara, il-mara u aġent tal-attakkant ta’ Inter Mauro Icardi, mill-ġdid reġgħet tkellmet dwar it-trasferiment possibbli tal-Arġentin.

“Ħafna jibqgħu jistaqsuni jekk Icardi hux se jħalli lil Inter. Għajejt. Iridu jbigħu l-ġurnali, imma jien mal-ewwel jum tas-suq tat-trasferimenti se nitfi l-mobile. Waslulna xi offerti, imma għażel li jibqa’ ma’ Inter,” iddikjarat Wanda.

Kompliet li “l-aqwa skwadri u l-aqwa coaches iriduh. Kulħadd irid lil Icardi ħlief, skont Spalletti, xi ħadd fi ħdan Inter.” Dan filwaqt li daret lejn l-opinjonista Juventin Mughini u qalet: “Hu jieħu gost jekk jarah ma’ Juventus. Jista’ jilgħab flimkien ma’ Cristiano Ronaldo.”

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

banner1
dical-banner-1200×280