Il-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczęsny deher jiġi avviċinat mill-attakkant Cristiano Ronaldo qabel Gonzalo Higuaín ta l-penalty li eventwalment ġie milqugħ.

Mistoqsi minn Sky Sport, Szczęsny kkonferma li l-Portugiż issuġġerielu kif għandu jaġixxi quddiem dan il-penalty. “Qalli biex naġixxi kmieni għaliex il-Pipita jħobb jagħti penalties b’saħħithom. Imma din kienet xi ħaġa li kont naf.”

“Naf li Gonzalo Higuaín iħobb jagħti l-penalties fil-baxx u bis-saħħa. Kont fortunat li ġietni tajba,” iddikjara Szczęsny.

Anke Gonzalo Higuaín ikkonferma li kien il-fatt li Szczęsny aġixxa kmieni li wassal biex hu falla l-penalty. “Ħsibt li l-ballun kien sejjer fil-ġenb tax-xibka. Għalhekk laqgħu,” stqarr l-Arġentin.

Sors: Sky Sport Italia

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280