Nhar San Valentinu tal-2005 Arsenal jagħmlu rekord fil-Premier League. B’rebħa ta’ 5-1 kontra Crystal Palace jsiru l-ewwel tim fl-istorja li ma jkollux plejer Ingliż, imqar wieħed, mgħajjat mal-iskwadra.

Arsenal ħa jaffrontaw lil AC Milan fl-Europa League din is-sena. Ftit snin ilu, fl-2011, Milan affrontaw ukoll tim minn Londra fiċ-Champions League, Tottenham, li din is-sena qed jilagħbu kontra Juventus. Nhar il-15 ta’ Frar, Milan jitilfu 0-1 ġewwa San Siro, u Gattuso, illum kowċ, iħebb għal Joe ‘The Shark’ Jordan. Ta’ min jinnota li fl-aħħar tal-partita Jordan, eks plejer ta’ Milan, ineħħi n-nuċċali fi stennija ta’ rawnd boksing kontra Ringhio. Tabilħaqq, Rino kien il-captain dakinhar.

Nhar id-19 ta’ Frar 2001 Manchester United ħabbru r-riżultati ta’ stħarriġ li kienu għamlu huma stess permezz tar-rivista uffiċjali tagħhom. Il-pubbliku tar-Red Devils għażel l-aqwa plejers li qatt lagħbu magħhom: fir-raba’ post ġie Bobby Charlton, it-tielet Ryan Giggs, it-tieni George Best, u l-ewwel Eric Cantona. Hija kurjuża kif Best ‘was not the best’ skonthom. Illum il-ġurnata żgur li Ronaldo jidħol xi mkien f’dik il-klassifika.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280