L-istorja prinċipali tal-lum hija xi ħaġa super stramba.

L-4 ta’ Frar 2009. Derby ta’ Merseyside. Liverpool kontra Everton. Dejjem ikun jaħraq, imma did-darba iżjed. Replay tal-FA Cup. Xi ħadd irid jirbaħ. Xi ħadd irid imur id-dar tellief bilfors. L-ITV, l-istazzjon li qed jagħti l-partita, jagħmel żball enormi. Possibbilment l-ikbar żball li qatt għamlu. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Dan Gosling jiskurja u jitfa’ ’l barra lir-Reds imma… tindunaw x’ġara u x’kien l-iżball mill-vidjow?

Hekk hu! Ftit sekondi qabel marru għar-riklami u tilfu dan il-mument emozzjonanti! M’urewhx live!! Min jaf kieku dak iż-żmien kien jeżisti Are You Being Served x’kien jiġri?

X’ġara iżjed bħal-lum?

Sena qabel, fl-2009, Cristiano jiskurja freekick kontra Portsmouth, li Sir Alex jiddeskrivi bħala “L-isbaħ freekick fl-istorja tal-Premier League.”

La qed insemmu gowls storiċi tar-Red Devils, ma nistgħux ma nsemmux dan il-gowl ta’ Wayne Rooney kontra Middlesborough fl-2005.

Rooney kien għad kellu biss 19-il sena, u l-Glazers kienu għadhom kif xtrawh għal ċifra ta’ madwar €37M is-sajf li għadda. Investiment tajjeb, hux hekk?

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280