Juventus fl-aħħar sigħat kienu involuti mhux biss fl-akkwisti imma wkoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ plejers li mhux fil-pjanijiet imminenti tal-klabb.

L-ewwel li ħalla lil Juventus kien l-attakkant Eric Lanini, li jingħaqad b’self ma’ Matera Calcio. Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien b’self ma’ K.V.C. Westerlo, fil-Belġju, għall-ewwel parti tal-istaġun.

Trasferit b’self ukoll il-midfielder ta’ 19-il sena Roman Macek, Ċek li jingħaqad ma’ Bari wara esperjenza pożittiva mal-Primavera ta’ Juventus.

Sors: Matera/Bari

dical-banner-1200×280