Juventus mistennija jistaqsu lil Bayern München għall-midfielder Portugiż ta’ 19-il sena Renato Sanches, biex jakkwistawh b’self għal sentejn iżda jkollhom ċ-ċans biex jixtruh b’mod permanenti wara dawk is-sentejn.
Sanches kien ingħaqad mal-Ġermaniżi fis-sajf tal-2016 mingħand Benfica għas-somma ta’ €35 miljun wara l-prestazzjonijiet tajbin li kellu mal-Portugall fl-Euro 2016 iżda għalkemm għamel 25 apparenza ma’ Bayern f’dan l-istaġun, ftit li xejn kien regolari fit-tim t’Ancelotti u jidher li l-plejer jixtieq jilgħab b’mod regolari.
Mediaset Premium irrapurtat li Juventus offrew li jakkwistaw lil dan il-plejer b’self għal sentejn, l-istess ftehim li ż-żewġ klabbs kienu għamlu fuq il-Franċiż Kingsley Coman.
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com