Wara d-diżappunt ta’ ħafna minħabba t-telfa kontra Inter, issa jmiss li naffrontaw lil Cagliari, tim neopromoss fis-Serie A. Mal-Cagliari żgur li mhux ha nsibuha faċli daqskemm naħsbu, madankollu Juventus iridu jsibu saqajhom mill-ġdid biex jieħdu 3 punti ħa jżommu l-pass ma’ Napoli.

Fuq kollox illejla naraw ir-ritorn ta’ Padoin, Storari, Isla u Borriello imma din id-darba bħala avversarji. Bla dubju Storari huwa wieħed mill-aktar plejers maħbubin (flimkien ma’ Padoin) mal-partitarji Juventini. Storari huwa eks-gowler Juventin u issa għandu 39 sena. Ma’ Juventus huwa lagħab 43 partita mill-2010 sa 2015 u ngħaqad ma’ Cagliari meta dawn kienu ġew relegati fis-Serie B. F’dan il-kampjonat Storari lagħab 3 logħbiet minn 4 wara li kontra Bologna huwa safa’ mkeċċi.

Storari bla dubju ħa jibqa’ mfakkar ma’ ħafna Juventini, speċjalment fl-aħħar staġun li lagħab ma’ Juventus fejn huwa rebaħ id-double domestiku, apparti r-rebħ ta’ erba’ kampjonati wara xulxin u midalja tal-fidda fiċ-Champions League bit-telfa f’Berlin.

Bentornato Marco!

dical-banner-1200×280