Il-Qorti Sportiva tal-Appell Nazzjonali kkonfermat id-deċiżjoni tal-imħallef sportiv li kien skwalifika lil Strootman għal żewġ partiti. Dan wara li llum il-Qorti kienet imsejħa tevalwa t-talba ta’ Roma sabiex titnaqqas il-piena għall-Olandiż. Madankollu, il-Qorti ma laqgħetx dan ir-rikors.

Għaldaqstant, Strootman se jkun qed jitlef iż-żewġ logħbiet li jmiss ta’ Roma kontra Milan fis-San Siro u kontra Juventus fl-Olimpico wara s-simulazzjoni ċara fid-derby kontra Lazio.

Sors: Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280